Fri, 18 Jun | watch.eventive.org/kreattivita/play/609a4c6

IL-POŻITTIVI - Dramm Komiku

Huwa possibbli li tibqa' pożittiv jekk ir-riżultat joħroġlok pożittiv?
Registration is Closed
IL-POŻITTIVI - Dramm Komiku

Time & Location

18 Jun, 20:00 GMT+2 – 30 Jun, 21:15 GMT+2
watch.eventive.org/kreattivita/play/609a4c6

About The Event

Huwa possibbli li tibqa' pożittiv jekk ir-riżultat joħroġlok pożittiv? Staqsi lil Susan ħa tgħidlek. Hija mara ta' 60 sena li ilha tgħix bl-HIV għal dawn l-aħħar 28 sena. Ferriħija, dħulija, kuntenta u fuq kollox, pożittiva. Waqt żjara l-isptar tagħmel ħbieb ġodda u min qatt kellu jbassarha li se tidħol bejn il-basla u qoxritha? 6 karattri differenti minn xulxin iżda marbutin flimkien fi storja waħda minħabba din il-kundizzjoni li tgħaqqadhom. Is-sitwazzjonijiet li jsibu ruħhom fihom iwasslu għal emozzjonijiet b’saħħitthom li jvarjaw minn imħabba għal stmerrija profonda. Id-daħq ma jonqosx f’ħajjithom imma l-biki wkoll. Bejn il-chemsex party fejn jibda dan id-dramm komiku u l-birthday party fejn jispiċċa, naraw relazzjonijiet, imħabba, ħbiberija, rabja, ferħ, tradiment, u fuq kollox, tama. ____________________

B'kitba ta' Simon Bartolo u b’direzzjoni ta' Toni Attard, din il-produzzjoni teatrali, mwassla esklussivament online, tippreżenta interpretazzjonijiet mill-aqwa minn Ray Calleja, Clare Agius, Josette Ciappara, Stephen Mintoff, Benjamin Abela u Chris Vincent. . Il-Pożittivi huwa adattat għal udjenzi ta’ 15-il sena jew aktar u se jkun disponibbli on demand fi kwalunkwe ħin tal-ġurnata, għal 48 siegħa sħaħ. L-ispettaklu huwa bil-Malti u sottotitli bl-Ingliż. . Il-Pożittivi għandu produzzjoni ta’ Culture Venture fi ħdan il-proġett Acting on the Margins: Art as Social Sculpture, imsieħeb f’Malta mill-Università ta’ Malta. AMASS irċieva finanzjament mill-programm ta’ riċerka u innovazzjoni Horizon 2020 tal-Unjoni Ewropea taħt il-ftehim ta’ għotja nru 870621 u huwa appoġġjat mill-MGRM, Arts Council Malta, Brown’s Pharmacy, Pleasure Malta u Sex Clinic by Willigness.

Biljetti ta' €10 minn

https://watch.eventive.org/kreattivita/play/609a4c624d34210069ac91d0?fbclid=IwAR0pKNNtZji-JCdD10jRm70SX6VqJAWgGoiBRKqUx5_UKpkaVSmMrLXhwCo

Registration is Closed

Share This Event