top of page

Sun, 29 Jan

|

Il-Belt Valletta

Bil-Bieb Mitbuq | Jean-Paul Sartre's Huis clos (No Exit)

Bil-Bieb Mitbuq huwa proġett teatrali b’viżjoni kontemporanja. Imsejsa fuq it-traduzzjoni Maltija ta’ Kevin Saliba tad-dramm Huis clos ta’ Jean-Paul Sartre – u bid-direzzjoni ta’ Tyrone Grima – din il-produzzjoni tlaqqa’ flimkien it-traduzzjoni letterarja, it-teatru, iż-żfin u l-ħoss.

Registration is closed
See other events
Bil-Bieb Mitbuq | Jean-Paul Sartre's Huis clos (No Exit)
Bil-Bieb Mitbuq | Jean-Paul Sartre's Huis clos (No Exit)

Time & Location

29 Jan 2023, 20:00 – 30 Jan 2023, 21:30

Il-Belt Valletta, Pjazza Kastilja Pope Pius V Street Il-Belt Valletta, Il-Belt Valletta VLT 1030, Malta

About the event

Bil-Bieb Mitbuq huwa proġett teatrali b’viżjoni kontemporanja. Imsejsa fuq it-traduzzjoni Maltija ta’ Kevin Saliba tad-dramm Huis clos ta’ Jean-Paul Sartre – u bid-direzzjoni ta’ Tyrone Grima – din il-produzzjoni tlaqqa’ flimkien it-traduzzjoni letterarja, it-teatru, iż-żfin u l-ħoss.

Bħala xogħol ewlieni tal-eżistenzjaliżmu Franċiż, id-dramm jittratta bosta aspetti sikkanti tal-kundizzjoni umana: il-prezz tal-libertà, it-tbatija, il-kuraġġ u d-dgħufija, l-awtentiċità, il-konsegwenzi tal-għażliet tagħna, ir-responsabbiltà, l-uġigħ li ndorru fuq xulxin, il-qerq u l-gideb, il-kefrija, is-setgħa tal-ħars, il-maskri li nilbsu kuljum, il-problematika tal-jien u tal-eżistenza tal-oħrajn, l-impossibbiltà tal-imħabba, l-iżolament.

Din il-produzzjoni interkulturali ta’ Saliba ser tfittex li tiddrammatizza l-infern skont Sartre b’għadd ta’ elementi drammatiċi innovattivi, fosthom permezz ta’ żfin stil teatru-danza minn koreografi minn Malta, mil-Lussemburgu u mill-Ġappun.

Kollox jiżvolġi fl-infern bejn tliet karattri, iżda Saliba u Grima, din id-darba, iridu jżidu r-raba’ persunaġġ – lilek.

Dati u Ħin: Il-Ġimgħa 27 ta’ Jannar 2023 fit-8pm; Is-Sibt 28 ta’ Jannar 2023 fit-8pm; Il-Ħadd 29 ta’ Jannar 2023 fis-7pm.

Post: Teatru, Spazju Kreattiv, Il-Belt Valletta

Ħlas: General (Stalls) - €20 General (Balcony) - €15 Konċessjonijiet - €15 (jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Tim Kreattiv: Kevin Saliba (producer/translator), Tyrone Grima (director), Antonella Axisa (actress), Sarah Camilleri (actress), André Mangion (actor), Sean Briffa (actor), Yuko Kominami (choreographer – Japan), Jill Crovisier (choreographer – Luxembourg), Dorian Mallia (choreographer – Malta)

See less

Share this event

bottom of page