

Fri, 18 Jun
|watch.eventive.org/kreattivita/play/609a4c6
IL-POŻITTIVI - Dramm Komiku
Huwa possibbli li tibqa' pożittiv jekk ir-riżultat joħroġlok pożittiv?
Time & Location
18 Jun 2021, 20:00 GMT+2 – 30 Jun 2021, 21:15 GMT+2
watch.eventive.org/kreattivita/play/609a4c6
About the event
Huwa possibbli li tibqa' pożittiv jekk ir-riżultat joħroġlok pożittiv? Staqsi lil Susan ħa tgħidlek. Hija mara ta' 60 sena li ilha tgħix bl-HIV għal dawn l-aħħar 28 sena. Ferriħija, dħulija, kuntenta u fuq kollox, pożittiva. Waqt żjara l-isptar tagħmel ħbieb ġodda u min qatt kellu jbassarha li se tidħol bejn il-basla u qoxritha? 6 karattri differenti minn xulxin iżda marbutin flimkien fi storja waħda minħabba din il-kundizzjoni li tgħaqqadhom. Is-sitwazzjonijiet li jsibu ruħhom fihom iwasslu għal emozzjonijiet b’saħħitthom li jvarjaw minn imħabba għal stmerrija profonda. Id-daħq ma jonqosx f’ħajjithom imma l-biki wkoll. Bejn il-chemsex party fejn jibda dan id-dramm komiku u l-birthday party fejn jispiċċa, naraw relazzjonijiet, imħabba, ħbiberija, rabja, ferħ, tradiment, u fuq kollox, tama. ____________________
B'kitba ta' Simon Bartolo u b’direzzjoni ta' Toni Attard, din il-produzzjoni teatrali, mwassla esklussivament online, tippreżenta interpretazzjonijiet mill-aqwa minn Ray Calleja, Clare Agius, Josette Ciappara, Stephen Mintoff, Benjamin Abela u Chris Vincent. . Il-Pożittivi huwa adattat…

