Sun, 05 Jun
|Valletta
LIVE FIT-TEATRU: IL-POŻITTIVI - Dramm Komiku
Huwa possibbli li tibqa' pożittiv jekk ir-riżultat joħroġlok pożittiv? Staqsi lil Susan ħa tgħidlek. Hija mara ta' 60 sena li ilha tgħix bl-HIV għal dawn l-aħħar 28 sena. Ferriħija, dħulija, kuntenta u fuq kollox, pożittiva.
Time & Location
05 Jun 2022, 20:30 – 21:50 GMT+2
Valletta, Valletta, Malta
About the event
IL-POŻITTIVI - fl-aħħar LIVE fit-teatru f'Lulju 2022!
Huwa possibbli li tibqa' pożittiv jekk ir-riżultat joħroġlok pożittiv? Staqsi lil Susan ħa tgħidlek. Hija mara ta' 60 sena li ilha tgħix bl-HIV għal dawn l-aħħar 28 sena. Ferriħija, dħulija, kuntenta u fuq kollox, pożittiva. Waqt żjara l-isptar tagħmel ħbieb ġodda u min qatt kellu jbassarha li se tidħol bejn il-basla u qoxritha? 6 karattri differenti minn xulxin iżda marbutin flimkien fi storja waħda minħabba din il-kundizzjoni li tgħaqqadhom. Is-sitwazzjonijiet li jsibu ruħhom fihom iwasslu għal emozzjonijiet b’saħħitthom li jvarjaw minn imħabba għal stmerrija profonda. Id-daħq ma jonqosx f’ħajjithom imma l-biki wkoll. Bejn il-chemsex party fejn jibda dan id-dramm komiku u l-birthday party fejn jispiċċa, naraw relazzjonijiet, imħabba, ħbiberija, rabja, ferħ, tradiment, u fuq kollox, tama. . Eta: 15+ Dati: 5-10 ta'Lulju 2022 Lingwa: Malti Prezz: €20.00 / EARLY BIRD OFFER: €18.00 . Kast: Ray Calleja, Stephen Mintoff, Josette Ciappara, Benjamin Abela, Chris Vincent and Clare Agius. . Il-Pożittivi hija produzzjoni ta' Udjenza, bis-sapport tal- Kunsill Malti għall-Arti, MGRM, Brown's, PleasureMalta u Sex Clinic Malta by Willigness. _____________
Direzzjoni: Toni Attard Kitba: Simon Bartolo Disinn tas-Set: Romualdo Moretti Kostruzzjoni tas-Set: Claudio Apap Disinn tad-Dwal: Chris Gatt