"...ħassejt sens ta’ libertà ġdida"- il-Coming Out ta'Jean Pierre Cassar u ħsibijiet personali
top of page

"...ħassejt sens ta’ libertà ġdida"- il-Coming Out ta'Jean Pierre Cassar u ħsibijiet personali

Kitba ta' Clayton Mercieca



Il-'coming out', il-proċess li persuna tistqarr magħha innifisha verita' essenzjali fuq parti ta' l-identita' tagħha, u eventwalment ma nies oħra, hija esperjenza li ħafna persuna LGBTIQ+ jgħaddu minnha.


Il-coming out ma ssirx darba u daqshekk; bħal ma diġa semmejt, l-ewwel coming out issir miegħek innifsek. Tasal fil-punt f'ħajtek li ċċedi battalja li ħafna drabi iddum għaddejja snin twal. Huwa kunflitt intern, fejn parti minnek qed tiġġieled sabiex tkun dak li s-soċjeta' tistenna minnek, u parti oħra li qed tifga u allura tixtieq tmur kontra kull kurrent sabiex issib nifs li jtik il-ħelsien.


Li tasal taċċetta u tammetti int x'int huwa pass kbir, imma huwa biss il-bidu. Kull persuna li ma taqax taħt il-kappa ta' eterosesswali u cis-gendered, ser ikollha tgħaddi mill-coming out kull darba li tgħix ġenwinament mal-ħbieb, genituri, familjari, kollegi tax-xogħol, eċċ.


L-Esperjenza ta' Jean Pierre Cassar hekk kif inhi miktuba b'mod tant sabiħ u onest fuq skoperta.net hija waħda ta' min jaqra' u jixtarr. Ċert li, għal dawk li għadhom qed isibuha diffiċċli sabiex isibu il-kuraġġ li joħorġu u jgħidu huma min huma, l-esperjenza ta' Cassar toffri tama li ħajtek, minkejja l-isfidi li għad taffaċċja, ser eventwalment issib lilek innifsek u tgħix kuntent. Nikkwota paragrafu mill-kitba tiegħu li tant laqatni:


Ma nistax ngħid li kien perjodu faċli iżda llum inħares lura bħala wieħed mill-isbaħ perjodi ta’ ħajti. Fażi fejn il-veru jien ġie illiberat u ħassejt sens ta’ libertà ġdida. Stajt inkun jien, stajt ngħaddi kummenti mingħajr ma nibża’ li niġi ġġudikat. Stajt niċċajta dwar il-passat u stajt inkompli f’relazzjonijiet mingħajr ma noqgħod ninħeba.

Jien u naqra l-esperjenza tiegħu, fakkritni ħafna fl-esperjenza tiegħi u ta' ħafna nies oħra li għaddew mill-proċess tal-coming out. L-ikbar biża tiegħi kienet li il-ġenituri tiegħi ma jaċċettawnix u li jkeċċuni il-barra. Kelli 18-il sena meta għedtilhom u kont għadni niddependi fuqhom. Ma kienetx tkun l-ewwel darba li żgħażagħ spiċċaw bla saqaf għax il-ġenituri m'aċċettawhomx u din ir-realta' m'eskludejtiex. Pero', kont qed inħossni qed nmut mewta bil-mod bil-fatt li ma stajtx inkun jien, u kont lest li naffaċċja l-agħar konsegwenzi sabiex ngħix ħajti kif ridt jien. Fortunatament, dik il-konsegwenza ma seħħietx, pero' ma kienx żmien faċli lanqas għal ġenituri tiegħi sakemm aċċettaw din il-verita'. Stajt nifhem li kellhom bżonn iż-żmien tagħhom sabiex jgħaddu mil-proċess tal-coming out tagħhom ukoll fuq ir-realta' ġdida bħala ġenituri ta' iben gay. Illum il-ġurnata nista ngħid li il-ġenituri tiegħi m'għandhom l-ebda dispjaċir u kburin bija.


Illum li għandi 35 sena, konvint li tkun gay, trans, bi u queer in ġenerali, huwa don prezzjuz u għandna dover li ninvestu f'dan id-don. Il-coming out iġegħlna nidħlu fil-fond ta' aħna min aħna min mindu jkollna 12 jew 13-il sena u xi kultant iżgħar min hekk. It-tfittxija u l-għatx li jkollna sabiex insibu dak li jagħmilna kuntenti u awtentiċi hija bħal ċavetta li tiftaħ bibien oħra sabiex inkunu iktar espressivi, kreattivi u b'moħħna miftuħ aktar għal realtijiet li jġibuna konxji għal min hu fil-minoranza bħalna. Dawn il-karatteristiċi jistgħu jwasslu sabiex jagħmlu persuna tagħmel ħafna ġid għat-tisħiħ tas-soċjeta' tagħna. Mill-banda l-oħra, persuna li ma ssibx sapport u imħabba minn nies li huma qrib tagħha, jista jkollha impatt tant negattiv li twassal għall-oppost ta' dak li huwa ġid. Dan is-self-destructive behaviour rajtu jiġri fost membri tal-kommunita' lgbtiq ukoll. Pero dak huwa suġġett li nixtieq niftaħ fuqu f'artiklu separat.

231 views0 comments

Allied

Rainbow

Communities

Registered Voluntary Organisation Number: 1136

Address:

19, Triq San Mark, Valletta

VLT1362. Malta

Email:

info@arc.org.mt

Mobile/Whatsapp:

+356 9927 2999

  • Facebook
  • Instagram
  • YouTube

We have so many exciting things coming up, be the first to find out!

© 2021 by Allied Rainbow Communities

bottom of page